ŻOMM AĠĠORNAT:

Matul dawn l-aħħar erba' snin kont inkwetat bil-mod kif qiegħed jitmexxa dan il-pajjiż, bil-mod kif qed titħammeġ ir-reputazzjoni tiegħu, u bil-mod kif qed terġa' tfiġġ l-inugwaljanza. Illum, m’għadux importanti dak li taf imma lil min taf. Is-sistema ġiet korrotta biex tipproteġi u tpaxxi lill-ftit minflok lill-ħafna.


15774700_1501101983263886_7341523502916427920_o.jpg
 

Jien għandi viżjoni differenti ħafna: Waħda li tpoġġi fil-qalba tagħha il-valuri tassew Ewropej. Waħda li temmen f’pajjiżna u f'dak li Malta tista' toffri lill-Ewropa u lid-dinja. Dan ma’ jistax ikun possibli jekk f’pajjiżna jkollna Gvern li jagħmel kollox bil-moħbi, b’ kuntratti suspettużi wara bibien magħluqa u  permezz tal-propoganda. Din il-viżjoni tista’ titwettaq jekk il-politka tagħna tkun mibnija fuqit-talent u l-bżulija tagħna li jagħmluna nazzjon kburi li kapaċi jirnexxi fl-Ewropa.


Snin Bikrija

Kull viżjoni għandha bidu. Tiegħi bdiet f'Ħ'Attard fl-1969. Il-Kulleġġ San Alwiġi kien iċ-ċentru tal-adoloxxenza tiegħi u, aktar 'il quddiem, l-Università - fejn eventwalment iggradwajt fil-Liġi Internazzjonali. Imbagħad mort l-Università ta' Essex biex nikseb Masters fl-Istudji Ewropej. Din l-esperjenza għenet biex issaħħaħ it-twemmin tiegħu li post Malta kien fi ħdan l-UE.


15016230_1500188236674310_5569828519634040782_o.jpg

Kien minħabba dan it-twemmin li aċċettajt ir-rwol ta' mexxej taċ-Ċentru tal-Informazzjoni ta' Malta dwar l-UE, u li nkun partimit-tim ta' negozjar fit-tħejjija għas-sħubija fl-UE. Il-frott ta’ dak ix-xogħol li ssarraf fi sħubija fl-UE, għadna qed ingawduh illum u se jibqa jitgawda minn uliedna.

Id-demokrazija hija valur Ewropew ewlieni. Dan il-valur iġġilidna għalih għax dak hu li jistħoqqilna. Bħal ma jistħoqqilna tmexxija trasparenti u governanza tajba.Jixirqilna politiċi li jġġorru r-responsabbiltà ta’ għemilhom. Dan hu l-uniku mod kif  f’pajjiżna ikollu gvern li hu mibni fuq il-prinċipji ta’ politka onesta.


Il-Ħajja Politika Tiegħi

Wara li għint b'suċċess lil Malta tissieħeb fl-UE, ħassejt li d-dmir tiegħi kien li niżgura li Malta tgawdi kemm jista' jkun mis-sħubija Ewropea. Iż-żmien tiegħi bħala MEP mhux biss ippermettili nifhem bis-sħiħ kif tassew taħdem l-UE, iżda wkoll  li flimkien mal-kollegi tiegħi nassiguraw, li nkunu preżenti b’vuċi b’saħħitha fil-Parlament Ewropew. Din il-ħidma waslet, biexeventwalment ġiet mogħtija dak illi lkoll ħdimna għalih, vuċi aktar qawwija, billi Malta kisbet siġġu ieħor fil-Parlament Ewropew.

Ħames snin ilu, ħassejt illi kien wasal iż-żmien, li nagħti l-kontribut politiku tiegħi billi nkun aktar viċin in-nies, f’pajjiżi. Fl-2012, ġejt elett bħala Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, u sena wara, kien ta’ unur kbir għalija li l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista elleġini bħala , u eventwalment Kap tal-Partit Nazzjonalista.

17631997_1614746498566100_2596909946236816392_o.jpg


Din il-kariga ġġor responsabbilitákbira. Il-Partit Nazzjonalista għandu storja twila ta’ suċċessi, b’mexxejja li kollha ħallew impatt fuq l-istorja tan-nazzjon tagħna: Nerik Mizzi, Gorg Borg Olivier, Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi. 


17761080_1614745468566203_6797218156131196183_o.jpg


Bħala Kap tal-Oppożizzjoni il-ħidma tiegħi ma kinitx biss li nżomm il-gvern responsabbli ta’ għemilu, iżda wkoll li nkun il-leħen ta' dawk li jemmnu fil-prinċipji li nħaddnu, li nagħti leħen lill-aspirazzjonijiet tagħhom, il-ħolm tagħhom, il-viżjoni tagħhom. Matul l-aħħar erba’ snin kien hemm bżonn li nkun ukoll il-vuċita’ dawk li minkejja ma’ humiex tal-istess opinjoni politika tagħna ħassewhom diżillużi bil-mod kif qed jitmexxa pajjiżna.

Din ir-responsabbiltà, f’mument kruċjali għall-pajjiżnaqed inġorra b’rieda u determinazzjoni, għaliex hija mibnija fuq dak li verament għandu bżonn pajjiżna, aspirazzjonijiet imsejsa fuq il-prinċipji tal-onestà, il-fiduċja, il-prosperità, u t-twemmin f'ġejjieni aħjar.


Il-Ħajja Privata Tiegħi

Meta tiddeċiedi li tkun ta’ servizz u tidħol għal kariga politika, , il-ħajja privata tagħna ssir waħda pubblika.. Ma niddejjaqx ngħid li bħal kulħadd, jien għaddejt minn żminijiet tajbin u ta’ sodisfazzjonu oħrajn inqas. Żammejt il-familja tiegħi dejjem fiċ-ċentru tal-ħajja u tal-viżjoni tiegħi. 


Kristina hija pilastru importanti fil-ħajja tiegħi. . Il-valuri tagħha u l-impenn tagħha huma parti essenzjali minn dan il-vjaġġ. Il-familja tagħna hija l-qalba ta' dak kollu li nagħmlu; kull ħin tfakkarna li għandna d-dmir li nistinkaw biex niksbu soċjetà ġusta u ugwali li tagħti opportunità lil kulħadd.

 15781448_1569529346406865_8579771406633486969_n.jpg

Dawn l-esperjenzi tal-ħajja komplew isaħħu l-viżjoni tiegħi ta' Malta aktar ġusta, li tippremja l-ħidma u l-onestà, Malta li tħaddan stili ta' ħajja u twemmin differenti, pajjiż fejn il-ġid jinqasam bejn il-ħafna u mhux il-ftit, fejn l-impjiegi li jinħolqu jirriflettu t-talent veru taż-żgħażagħ tagħna, fejn l-anzjani tagħna ma jkollhomx għalfejn jinkwetaw dwar kif ser iħallsu l-kont li jmiss, u fejn uliedna jieħdu l-edukazzjoni li tassew jistħoqqilhom.
 WhatsApp_Image_2017-05-08_at_22.35.04.jpeg

Dawn huwa dak li nixtieq għal pajjiżna. Nemmen li bil-ħidma tagħna flimkien jistgħu jinkisbu. Viżjoni ma tinħoloqx waħidha. Viżjoni titwieled minn forza magħmula minn dawk li jemmnu fiha.. Li jemmnu f'Malta. Li nagħżlu lil Malta.